Sunday, July 09, 1995

Briju filgħodu, tgħajjir filgħaxija!

Illum, fis-siegħa ta’ filgħodu, kont qed nisma’ intervista ma’ Jim Morrison fuq Radju 101.

Dalgħodu qomt għajjien ħafna, imma xorta mort il-marċ!

JPG ma ġiex, avolja għaddejt għalih.

Jien inżbagħt kollni blu. L-ewwel wiċċi, u mbagħad dahri u sidri wkoll!

Il-każini tal-banda, tal-Labour u tan-Nazzjonalisti kollha tefgħulna l-ilma. Il-veru qbiżt u kantajt u ħadt gost!

Filgħaxija ħriġna.

Raissa llum veru dejqitni u bgħattha tieħdu f’sormha, għax smajt li lil Elaine għajritha “qaħba.”

Imbagħad, biex jiċċajta, Laiviera offenda lil Jean-Paul b’għoxx kemm għandu! JPG qallu li z-ziju ta’ ommu kien għadu kif miet b’“cancer tal-liver”, u Laiviera ħaseb li qallu “cancer tal-liba!” Jean-Paul sploda u nfexx jgħajjat magħna li aħna “ma nafux x’inhu jiġri”! Imbagħad offenda lil Laiviera biz-ziju t’ommu u telaq ’l hemm!!

Kultant ma nafx dan Ġanni...

Diska tal-ġurnata: Alabama Song – The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura