Saturday, July 01, 1995

Dik Elaine!

Illum qomt tard, bħas-soltu.

Studjajt xi ftit.

Ommi kienet xi ftit ma tiflaħx.

Stephanie llum ġiet bil-baby ribbon ma’ rasha!

Filgħaxija morna Wied il-Għajn. Dħalna l-Osiris, iżda hekk kif dħalna tefgħuna kollha ’l barra! Ġew il-Pulizija. Wara sirna nafu li d-dħul se jagħmluh over 16. Fil-fatt daħlu biss dawk li kellhom ta’ l-inqas 16. In-Nemusu qalilna li s-San Antonio u l-Yoggies se jsiru hekk ukoll!

Wara sibna pabb sabiħ ħafna jismu Mintba Bar. Hemmhekk JPG u Silvio ltaqgħu ma’ żewġ tfajliet u wara baqgħu ħerġin magħhom. Imma jien tgħidli qalbi qed jitnejku bihom!

F’dal-pabb kien hemm DJ anzjan u raġel b’xagħru kbira. Qagħdu jkellmuna fuq is-60s u s-70s. Dan ta’ xagħru kbira jħobb ħafna gruppi li nħobb jien. Tani sigarett!

Intant, JPG u Silvio baqgħu ma tfaċċawx!

Lura f’tal-linja poġġejt ħdejn Elaine u dawwart idi magħha minn wara.

Diska tal-ġurnata: Touch Me - The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura