Thursday, June 22, 1995

Żgarrajtha fil-Physics!

Illum kellna l-eżamijiet ta’ l-Ingliż u tal-Physics. L-għalliem ta’ l-Ingliż mar jibdlilna l-imwejjed!

L-Ingliż ma kienx tqil, imma fil-Physics għandi xorti ġibt 30! Wara ġie s-Sur Casha Mula, u Stuart qallu li fl-eżami kien hemm xi mistoqsijiet li ma konniex għamilnihom fil-klassi. Is-Sur Qasamulha qallu li qegħdin fin-notes. Imbagħad qabeż Matthew u qal: “FIN-NEWTS!” Aħna nfqajna nidħku, u huwa qabad u telaq ’il barra.

Illum Cilia ġabli l-vidjo ta’ Delicate Sound of Thunder tal-Pink Floyd. Tgħidx kemm hu sabiħ.

Waqt il-programm Johnny Walker Rock Moods, Joe Tanti daqq xi żewġ diski minn live album rari tal-Pink Floyd, Echoes.

Qal ukoll illi l-Led Zeppelin għandhom xi żewġ live albums rari, You Shook Me u Unplugged In London.

Ommi ilha xi ġimgħa teqred b’uġigħ f'saqajha!

Diska tal-ġurnata: One Slip – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura