Monday, June 12, 1995

Neżżawni quddiem Nunzia!

Qomt ħsilt xagħri.

Illum ma studjajt xejn!

Is-Surmast ġie sal-klassi tagħna.

Ġie ħija.

Mort sal-Mużew. Godwin ma ġiex u kellna noqogħdu ma’ Pawlu.

Sirt naf li Beverly Hills spiċċa! Se jkompli f’Settembru.

Dalgħodu fettilli ninża l-qmis biex naqfel il-buttuni sew. Dak il-ħin kienet għaddejja Nunzia. Silvio u Formosa żammewli l-qmis u bdew jagħjtulha u jgħidulha li nżajt il-qmis għax kont qed nisħon għaliha! Tgħidx kif saret ħamra!

Diska tal-ġurnata: Your Possible Pasts – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura