Sunday, June 04, 1995

Smajt A Day At The Races kollu

Illum mort il-quddies tad-disgħa għax qomt tard. Father Dougall kisirhom darbtejn lil ta’ wara!

Illum Raissa bdiet tibki. Min jaf x’marru jgħidulha?

Wara mort sal-Mużew. Kien hemm ex-membru tal-Mużew.

Illum qgħadt id-dar nistudja wara raqda tajba.

Wara mort s’għand ħija u smajt A Day At The Races kollu.



Tal-ġenn!

It-Torċa qed tagħmel kompetizzjoni għall-Pulse. Se nibgħatha.

Diska tal-ġurnata: Tie Your Mother Down – Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura