Sunday, May 28, 1995

Ġurnata li ma ninsa qatt!

Ilum morna wara l-Qamar u ma ħallinhiex. Jien obdejtu, imma l-oħrajn telqu. Meta mbagħad morna l-Mużew keċċihom ’il barra.

Il-funeral ta’ missier Alister Calamatta beda fis-sagħtejn. Kbewh ħafna nies! Kien hemm mara u tifla ħasshom ħażin!

Celia kbiet ħafna wkoll. Wara wassaltha d-dar, u qaltli li tiddubita hemmx Alla!

Filgħaxija Alister kien is-San Antonio, ħaġa li qatt ma stennejtha. Ma deherx imdejjaq wisq. Kif rani ġie jeħodli b’idi. Iddispjaċini ħafna għalih. Ġie jkellimna. Qalilna, “Aqtgħu s-sigaretti. Kieku ma kinux huma missieri għadu ħaj. Jien qtajthom. Issa għandi xogħfa.”

Fejn is-Sheek qalilna li missieru ried li kull fejn inkunu, inkunu klikka waħda, u li “hekk irridu nagħmlu ċ-Ċentru.”

Diska tal-ġurnata: The Severed Garden – The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura