Saturday, May 20, 1995

Genfest '95 - Żgħażagħ għal dinja magħquda!

Illum ommi ma tiflaħx, u mort naqdiha. Xtrajtilha kartolina u tajthiela.

Wara rajt Beverly Hills 90210. Kien sabiħ ħafna, bis-sens.

Illum mort il-Genfest ’95. Anke JPG ġie.

Għall-ewwel Lorraine ma riditx tkellimna, imma wara qaltilna xi ħaġa.

Dolores ġiet, u kienet sexy ħafna ! Dik qed tiġini liebsa seduċenti apposta! Kien hemm Krista ta’ Formosa wkoll.

Wara morna fuq il-bumping cars tal-Belt. Lil Stuart serqulu l-beritta waqt li kien qed isuq! Tiswa xi Lm8! Imbagħad xtara ġiżirana ta’ A Real Live One.

Wara mort id-dar. Kien hemm ħija, Doreen u Stephanie.

Diska tal-ġurnata : The Great Gig In The Sky – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura