Friday, May 12, 1995

Kellna ġnien ħxewhulna!

Illum aktarx kien l-aħħar darba li lbist il-blejżer.

Dalgħodu għamilna ċajta lil Formosa. Sakemm mar jixtri l-pastizzi, ħbewlu l-basket u qalulu li ħadulu Sacha. Wara tawhulu.

Fil-klassi llum konna 14 biss. Tal-History bdiet tgħajjar lil Clifton u bagħtitu "'l barra bħall-klieb!" Veru dħakna illum!

It-Torta ġie jgħidli li r-Rap u r-Reggae huma l-aħjar, u li t-Taljani għaddewhom f'kollox lill-Ingliżi. Ara veru f'xejn ma jifhem!

Wara li ġejt mill-iskola mort norqod u studjajt.

Wara mort il-Mużew, u mbagħad studjajt naqra oħra.

Ġnien Reggie Miller waqqgħuh u qalgħulu s-siġar kollha! Se jagħmluh bħal ta' Raħal Ġdid. Aħjar ħallewh kif kien!

Mużika: Space Truckin' - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura