Wednesday, May 03, 1995

Mawra sa l-SGS Thompson

Illum morna l-SGS Thompson ma' ta' l-iskola. Hemm ħafna ndafa f'dik il-fabbrika. Fiha affarijiet interessanti. Mexxiena ċertu Brian Calleja. Imma ma tistax taħdem xi summer job hemm. Kont nitħajjar immur kieku.

Formosa ħallasni taż-żewġ cassettes. Kellu joqgħod after-school illum.

Is-Surmast ġie jarali l-cassette tad-Doors li kelli!

Wara l-ikel irqadt sa l-erbgħa. Wara bdejt nagħmel il-HW u nistudja. Imbagħad kilt u mort s'għand Jesmond.

Għall-kors ta' l-O Level l-kompjuter il-Compex, trid tħallas Lm96. Missieri ma jridx, għalissa.

Illum missieri qabad jgħajjat, għax jien u ommi bdejna niddiskutu fuq l-uniformi tas-sajf! Dejjem hekk dan!

Fit-tard erġajt bdejt nistudja. Lanqas il-logħba tal-Juventus ma rajt. Mank tilfu dawk il-liba!

Diska tal-ġurnata: Paradise City - Guns 'N Roses



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura