Monday, May 01, 1995

Ikla għand ħija (f'Jum il-Ħaddiem)

Dalgħodu qomt u mort s'għand Jesmond mal-ġenituri.

Kien hemm waħda fit-triq tagħhom (imlaqqma s-Sudaniża) żżewġet. Tgħidx kemm damu jgħidu fuqha!

Qattajt ħafna ħin mat-tifla, u wara kilna hemm. Kilna tajjeb!

Ħija lil missieri għamillu l-pompa ta' l-ilma tal-karozza, imma marritlu xi klipp u għadha mhix lesta.

Ma ġibtulux Queen II, imma ma qalli xejn.

Illum irqadt ħafna. Wara studjajt mhux ħażin.

Filgħaxija mort sal-Mużew.

Formosa għadu miġnun fuq Krista!

Il-ktieb tal-Queen wasal is-Sibt li għadda. Jiswa' Lm5.60ċ. Issa nagħtih rigal lil ħija tal-birthday.

Diska tal-ġurnata: Houses of the Holy - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura