Tuesday, April 25, 1995

Iċ-Ċentru qed isir tal-qamel!

Illum ommi qamet xi ftit ma tiflaħx.

Fil-Privat komplejna l-Vectors.

Miguel tani s-CD tad-Deep Purple.

Wara mort saċ-Ċentru. Ma kien hemm xejn.

Lil Lorna qaluhiela Sailor Moon!

Silvio ġie bil-kelb. Charlene u Rosabelle bdew jibżgħu!

It-tfajliet telquna! Celia lanqas biss tat kasi, u Elaine iżjed minnha!

Ili ngħid li qed naħli ż-żmien hemm!

Diska tal-ġurnata: Fight From The Inside - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura