Monday, April 17, 1995

Xtrajt żewġ CDs tajbin

Illum mort il-Belt nixtri ma' Penza.

Qabel tlajt il-Belt bdiet tuġgħani żaqqi.

L-ewwel mort għand il-Music Club. Penza xtara compilation tal-Black Sabbath jisimha Iron Man. L-owner aċċetta li nieħu xi ħaġa oħra. Għamilna taparsi s-CD tas-Sabbath kont se nixtriha jien! Wara xtara The Number of the Beast.

Jien domt indur ħafna. Xtrajt Houses of the Holy tal-Led Zeppelin u The Dark Side of the Moon tal-Pink Floyd.

Għall-bidu nkwetajt għax l-isterjo minflok 10 diski beda juri 9.

Imma s-CD u l-ktieb ma kinux jaqblu!



Wara mort għand ħija. Qalli li huwa kellu tas-Sabbath, imma lil ommi u lil missieri kien jaħbihomlom. Qal ukoll li dawk id-diski għandhom skop, u tixba minnhom!

Diska tal-ġurnata: The Song Remains The Same - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura