Sunday, April 09, 1995

Ilbist t'appostlu!

Illum mort il-quddies tas-sebgħa.

Illum ilbist t'appostlu! Rawni ommi u missieri. Elaine ratni wkoll!

Kelli nisma' tad-disgħa wkoll, u nfajt fuq wara. Kulħadd jgħid u jparla hemm wara! Anke Elaine!

Waqt il-quddies Gareth qalli: "Jekk taqbad ma' Elaine inkissirlek snienek." Meta rajtu fil-basement għedtlu li meta nerġgħu niltaqgħu rrid inkellmu. X'jaħseb li hu dan?

Illum ħriġt m'ommi u missieri. Morna sa Baħar iċ-Ċagħak, għand iz-zija Fawstina u għand ħija. Tajtu s-CDs u tani Queen I u In Concert I u II. Issa qiegħed nagħtih programm.



Godwin ġabli r-Remasters tal-Led Zeppelin u d-The Best of tad-Doors fuq CD!

Diska tal-ġurnata: Nobody's Fault But Mine - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura