Thursday, March 30, 1995

Xalata Rock fiċ-Ċentru ta' Ħal-Tarxien

Illum kelli r-Rock Night.

L-ewwel mort il-Privat u wara bqajt sejjer hemm. Kif dħalna beda jdoqq tad-Doors. Miguel u ħuh huma tewmin u fil-bidu lil ħuh ħsibtu hu! Kellu flokk tal-Led Zeppelin. Kien hemm wieħed bi flokk ta' A Day At The Races.

Għalkemm daqq ħafna Rock bla sens, daqq ukoll AC/DC, Doors, Led Zeppelin, xi ħaġa bis-sens tal-Metallica, Marillion, Dire Straits, Deep Purple, Black Sabbath, Lord Adder u tnejn tal-Maiden. Daqq gruppi bis-sens oħrajn ukoll.

Tgħidx kemm frijkjajna. Ħadt tnejn birra. Konna jien, Formosa, Stuart il-poser, Degabriele u JPG.

Kien hemm tfajla kellha sittax, imma kienet qasira. Tgħidx kemm kienet ħelwa! Waqt li tiżfen bdew jaqbżulha ż-żejżiet!

Spiċċa b'Hotel California u Bed of Roses.

Wara wassalna missieri. Ġejt għajjien mejjet!

FORSI SE JIXTRULI L-ISTERJO!

Diska tal-ġurnata: Master of Puppets - Metallica



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura