Sunday, March 26, 1995

Miet Michael Jackson (is-Sigarr)

Dal-għodu mort il-Mużew. Rajt lil Raissa.

Illum ma ħriġniex għax Penza kellu x'jagħmel. Mort ma' tal-Mużew u għamilt gowl!

Dak ix-xiħ li konna ngħidulu Michael Jackson (is-Sigarr) miet xi ftit jiem ilu! Kien fqir miskin. Kien ikun dejjem bis-sigarru u bil-ħobż u liebes l-istess ħwejjeġ. Naħseb li moħħu kien xi ftit ħafif. Ftit kien jitkellem. Kien miġġieled ma' Rokku!

Triq Waħda spiċċa tajjeb ħafna.

Diska tal-ġurnata: Sun and Steel - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura