Sunday, March 19, 1995

Rajna l-knisja tas-Satanisti

Fis-sitta u nofs ta' fil-għodu qomna u nżilna isfel.

Morna naraw il-knisja tas-Satanisti li hemm viċin is-Seminarju. Ma rnexxilniex nidħlu ġewwa għax ħdejha kien hemm xi rġiel bil-klieb. Kif tidħol issib xatba moderna u anke qanpiena. Minn wara stajna dħalna kif ridna, iżda kien hemm in-nies u l-klieb. Mas-siġar kien hemm miktub "Private" u "Beware of the Dog". Dun Franġisk qalilna li xtrawha.

Illum ġie ħija.

Illum taljna tnejn biss Wied il-Għajn. Pejjipna pakkett sħiħ. Iddejjaqt.

Elaine staqsietni jekk għadnix bil-ħsieb li nirranġa ma' Rachel. Qaltli wkoll li m'għandniex ċans nagħmluhom paċi lil Gabriella u lil Catreen.

Diska tal-ġurnata: The Number of the Beast - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Erezija qal/qalet...

pakkett sħiħ sigaretti? Alla jbierkek sieħbi, kemm kbirna min jaf jarana!

16:44  

Post a Comment

<< Lura