Saturday, March 11, 1995

Godwin induna li m'iniex qiegħed sew

L-affarijiet bejn ommi u missieri baqgħu xi ftit jew wisq l-istess. Qed ninkwieta għalihom.

Illum komplejt naqra Justice u komplejt nara l-vidjo We Will Rock You tal-Queen. Ma nista' nbiegħu b'xejn dan il-vidjo! Godwin qalli biex niktiblu d-diski li fih għax lil kuġinah rah u staqsih.

Ħija ġabli Hot Space.



Il-Liverpool tilfu 2-1 kontra t-Tottenham Hotspurs. Imma konna minn fuq. Issa nqlajna mill-FA Cup, iżda fil-League Cup qegħdin final.

Il-Belt rebħu 6-1 kontra ż-Żurrieq.

Illum missieri ġie kmieni!

S'issa għadni ma ksirthiex is-sawma tar-Randan!

Illum mort sal-Mużew. Illum Godwin rani ftit inkwetat u ġie jistaqsini x'ġarali. Għedtlu kollox fuq il-ġlied bejn il-ġenituri. Huwa fehmni u tani xi pariri.

Diska tal-ġurnata: Good Company - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura