Monday, March 06, 1995

Insejt nirrekordja l-isports!

Illum qomt tard.

Ommi marret iġġib il-flus li ħallitilha n-nanna. Ġabet Lm430 u tatni Lm10!

Jiena bqajt ma niflaħx u lanqas mort skola. Għad għandi l-influwenza.

Suppost illum kelli l-eżerċizzji tal-Youth Centre. Issa kelli mmur nimrad ħaqq għall-bagħla!

Illum rajt Beverly Hills. Ma kienx ikrah.

Ommi u missieri bdew jargumentaw xi ftit, imma ma ġġildux.

Lil missieri nsejt nirrekordjalu l-isports u tgħidx kemm irrabja miegħi!

Diska tal-ġurnata: Fireball - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Erezija qal/qalet...

f'12-il sena x'tghallimt
o ckejken tieghi?

12-il sen'ohra
xi tkun tghallimt izjed
o xwejjah tieghi?

avg

11:38  

Post a Comment

<< Lura