Monday, February 27, 1995

Fit-test tal-Maths ġibt 92!

Illum ġie r-riżultat tat-test tal-Maths, Ġibt 92! Mort tajjeb ħafna. Jean-Paul ġab 84.

Illum domt ħafna rieqed. Wara li kilt studjajt ftit Literature.



Illum erġajt smajt ħafna Led Zeppelin.

Illum mort sal-Mużew u kellna l-Vestis. Pawlu beda jeqred għax qiegħed jisma' ħafna kliem ħażin. Qal li issa lil min jisma' se jkeċċih mill-Mużew darba għal dejjem!

Wara mort sal-każin u erbaħt żewġ logħbiet biljard kontra Norbert.

Andrea qalli li s-Sibt kien hemm Rachel il-Belt! Xi tlift!

Diska tal-ġurnata: Celebration Day - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura