Monday, February 20, 1995

Sħab Rachel indunaw!

Dal-għodu mort nixtri mis-Sub-Post Office. Kif noħroġ mill-bieb tal-ħanut insib lil Raissa, lil ELAINE u lil Gabriella. Kien hemm xi oħra imma ma nafhiex. Staqsejt lil Elaine għal Rachel! Għandha xi 15! Indunat lil niffansjaha lil Rachel!

Raissa qaltli: "Tkellimnix annimal!", iżda biex tiċċajta. U Gabriella qaltli: "Fejn hi Rachel?" Jiena ma nixtiqx li ssir taf li niffansjaha, iżda naħseb li se ssir taf! Ħabiba ta' Raissa qaltli: "Għandha SAĦNA għalik!"

Fil-Physics ġibt 35!

Illum mort il-Mużew minflok il-privat. Gerald (Fittosaurus Rex) kellimni ħafna u qagħadt jagħtini xi pariri qisu xi qassis dwar il-vokazzjoni u dwar x'taħseb il-Knisja. Matur ħafna dak.

Illum ħija ġab lil Stephanie u telaq. Ra l-flokk tal-Queen u għoġbu. Żammejt lit-tifla xi ftit.

Come Hell or High Water qażżu lil Andrea. Injurant dak!

Diska tal-ġurnata: Night Crawler - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura