Friday, February 10, 1995

Id-Daddy għalaq 56!

Illum missieri kellu l-birthday. Għalaq 56.

Illum jien, Joseph u Jean-Paul morna l-Marsa nilagħbu l-futbol. Konna se nixtru s-sigaretti imma wara ma xtrajna xejn.

Wara mort saċ-Ċentru. Remaw l-ispijkers u bdew idoqqu tal-Metallica, ta' Bon Jovi u anke Rave!

Bertrand qal lil Stuart illi "bbrowkja" minn miegħi. Naħseb li mhux se mmur is-Seminarju!

Catreen u Celia huma kontra Fabrizio u jridu jneħħuh minn President. Mandy telqet!

Illum qbadna ma' Catreen. Qlajnihielha Valeria! Dan l-aħħar qiegħda tkellimni sew. Anke Debbie reġgħet bdiet tkellimni.

Illum Celia qalet: "ZITI QABŻET, IL-KELBA MITITLI, OMMI GĦANDHA BREJKDAWN! XI TRIDU JIĠRILI IŻJED?!" Bdiet tibki!

Raissa, li qaluli fuqha, m'hi ħadd ħlief dik it-tfajla antipatika li ġab miegħu l-Pudina fid-disko li għadda! Kont naħseb li tobgħodni dik, imma mistgħaġbin kemm tiffansjani qalu! Tirkeb minn ħdejja biex tkun tista' tara lili!

Diska tal-ġurnata: Love Chaser - Europe



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura