Saturday, February 04, 1995

Traġedja kbira fit-Tarzna

L-isplużjoni kienet fit-Tarzna. Mietu xi sebgħa u hemm xi sebgħa oħra korruti. Is-Super 1, fir-radju u fit-TV, għamel ġurnata luttu u daqq biss mużika klassika.



Dan il-weekend m'iniex ħiereġ minħabba l-eżamijiet. Hekk jew hekk, Jean-Paul ma jistax joħroġ għalissa.

Illum ħija ġab lil Stephanie. Ilum ma riditx toqgħod f'idejja! Min jaf x'ġaralha?!

Il-Liverpool ġew 1-1 kontra n-Nothingam Forest.

Il-Belt rebħu 3-1.

Il-ġurnali Ingliżi qalu li Cantona kellu ommu taħdem il-films pornografiċi, u li dak is-supporter tal-Crystal Palace għajru b'hekk!



Qabel daħal mal-Leeds Utd. kien ipprova jagħmel suwiċidju! U kien għamel xi hold-up ukoll!

Qed narani stramb b'xagħri hekk. Hekk ġie kważi kollu ndaqs. Imma xorta nista' niffrijkja!

Diska tal-ġurnata: Blood Red Skies - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

U vera lejl tal-Blood Red Skies kien dak...

20:10  

Post a Comment

<< Lura