Tuesday, January 31, 1995

Ammiratriċi misterjuża!

Lil Aveline qalulha li jien irrid nirranġa magħha - iżda biex jiċċajtaw. Hija qalet illi li kieku kont daqsha kienet tirranġa miegħi għax lili tarani tal-ġenn! Imma nħarqet!

Illum il-Privat dħakt ħafna.

Illum jien u Jean-Paul kellimna lil Candy u lil Serena. Dawk moħħhom fiż-żobb ta’ Take That!

Catreen qiegħda tkellimni!

Aktarx Audrienne ser tixtri l-vidjo tal-Queen.

Fabrizio llum kellu xi jgħid ma’ Alister Calamatta, u aktarx daqshekk resqu ’l hemm, it-tnejn li huma.

It-tfajla m’għadhiex miegħu. Qaltli li hemm tfajla b’għajnejha ħodor u jisimiha Raissa li trid tirranġa miegħi. Imma Catreen qalet li din Raissa qiegħda ma’ xi wieħed. Ħa naraw hix xi Raver din!

Imma ma naħsibx li rrid nirranġa ma’ xi tfajla għalissa!

Diska tal-ġurnata: Victim of Changes (live) - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 3

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Ostja xi craze kien hawn fuq it-Take That dak iż-żmien!

11:58  
Blogger Coemgen qal/qalet...

Kemm idoqqu qniepen jien u naqrak!

18:11  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

heh Raissa!

Ċerti individwi għadhom sal-ġurnata ta' llum jitkellmu dwar dik l-istorja tagħkom u dwar x'ġara wara! Mhux la kemm teħles mill-passat... jaf jibqa' jiġri warajk...

23:06  

Post a Comment

<< Lura