Monday, January 23, 1995

Qalmadonni!

Domt inċempel ħafna sakemm qbadt. Fl-aħħar sirt naf li l-biljetti Lm8 u li l-kunċert ser idum sa xi 2.00 am. M’għandix min iwassalni d-dar. GONE WITH THE WIND!

Mort għand Jesmond għax ma kellix aptit immur il-Privat. Kemm saret ħelwa Stephanie! Illum żammejtha!

Mort għand it-Tip Top u kitibli l-prezzijiet ta’ l-isterjo. Ser nixtri d-DC-D12. Jiswa Lm205.

Ċempilli Stuart u qalli li Balls To Picasso ma jistax jieħdu. Jien għedtlu biex iġibli Powerslave. Għada għandi nagħtih 75ċ.

Ħija silifli l-vidjo Rare Live tal-Queen biex narah.

Issa għandi xi ftit x’nagħmel.

Diska tal-ġurnata: Seven Seas of Rhye (verżjoni strumentali) - Queen



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Inzerta li dawk iċ-ċwieċ kienu informawk ħażin. Ma kienx missek bqajt fuqhom, għax kienu jinstemgħu li lanqas huma stess ma kienu jafu d-dettalji sewwa.

U dak il-vidjo fih footages tassew imprezzabbli, imma fih oħrajn daqstant ieħor tal-biki! Ma nafx x'naqbad naħseb fuqu illum. Biex inkun onest nippreferi ma naħseb xejn...

22:05  

Post a Comment

<< Lura