Wednesday, January 18, 1995

...imma forsi benġiltha...

Andrea dalgħodu ġie jagħtini l-fajl.

Ma’ Jeannette m’għamilna xejn! Hi emmnitha li jiena ma kont naf b’xejn. Filgħodu ma għaddietx minn quddiemi. Hija trid li Stuart jiġi ċ-Ċentru.

Filgħaxija mort il-Privat, iżda ma kellniex.

Fil-klassi, ftit qabel tlaqna Andrea u Ġanni qalu li jien niffansja lil waħda jisimha Jeannette. Warajna kien hemm ħabibtha l-ħoxna. Aħjar ma qalu xejn!

Kif ħriġna sibt lil Jeannette u għedtilha li dak li kien hemm fl-ittra m’huwiex veru. Wara marret tkellem lil Andrea waħdu. Naħseb emmnet; kellmitni sew. Ma ħsibtx li ser jiġri hekk!

Id-diskow ta’ Saint Valentine’s aktarx m’iniex sejjer.

Diska tal-ġurnata: Always - Bon Jovi



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

U x'emmnet! Kemm kont tagħmilhom naive lin-nisa! hehe

23:28  

Post a Comment

<< Lura