Monday, January 16, 1995

Erġat rajt lil Jeannette

Illum kelli ħafna ngħas u qomt FTIT ma niflaħx.

Ma mortx skola.

Però filgħaxija mort il-Privat.

Rianne qalet li kienet ma tiflaħx.

Rajna qattusa bid-demm ma’ ħalqha. Formosa qabadha u daħħalha ‘l ġewwa. Jien bżajt minnha.

Illum iċ-Ċentru kien hemm Jeannette!

Ġanni ħallasni.

Issa rrid nagħmel il-project tal-Music.

Diska tal-ġurnata: Crazy - Let Loose



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

X'kont rajtilha lil dik? Daqs kemm kienet kerha!

Illum jekk naraha ma naħsibx li nagħrafha. Ili snin twal ma naraha.

02:34  

Post a Comment

<< Lura