Tuesday, January 10, 1995

Dabbart essay!

Illum is-surmast tani essay għax ma ġibtx il-PE kit. Kont ma niflaħx. Issa ngħid lil missieri biex jagħmilli nota.



Ma qalli xejn fuq xagħri!

Illum ktibt l-invit tad-disko u bgħattu ma’ Janet għax Rianne u Mariella ma ġewx.

Filgħaxija mort sal-Youth Centre. Kellimt ftit lil Audrienne Cremona.

Għada sejjer niġbor l-isponsors ma’ Calamatta u Formosa.

Illum għent lil Papà biex jagħmilli n-nota. Ġabli żewġ kotba.

Il-ktieb Twice Shy tliftu.

Diska tal-ġurnata: Be Quick Or Be Dead - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Din ta' xagħrek għad tħalli influwenza qawwija fuqek, l-iżjed fuq l-attitudni tiegħek lejn il-monoranzi. Hi iżjed kumplessa milli forsi kont timmaġina.

btw, lil dik tal-privat tal-każin tal-Lejber ma kellekx xi tridha. Kienet nittiena wisq għalik. Aktarx kienet tbellħek, biex imbagħad titilqek biex toqgħod taraha titbabas ma' dik ta' xagħra iswed li jiffansa sieħbek. Aqta' x'kien fiha dik!

Tiftakar meta int u Vella rajtuha bil-qiegħda fuq tal-linja f'ħoġor dak l-ikreh, u bla qalziet ta' taħt?!

Mur ġibek man! hehe

22:25  

Post a Comment

<< Lura