Tuesday, January 03, 1995

Erġajt ħxejt l-isterjo!

Illum kont sejjer il-Belt ma’ Jean-Paul Giordmaina iżda ċempilli u qalli li ma jistax jiġi. Lanqas jien ma mort.

Irrekordjajt xi cassettes.

Stuart ġabli xi flus u l-cassettes li begħetlu. Però llum meta kont qiegħed nirrekordja Live at Donington il-play button ta’ Deck B bdiet titla' weħidha. Jiena bdejt inniżżilha 'l isfel u nqasmet! Issa ħija sejjer jarali jekk hawnx xi buttuni bħalha.

Illum mort s’għandu. Kien hemm Ester u Damian mat-tifla tagħhom. Damian qal li ser itini l-privat tal-Physics b'xejn!

A Night At The Opera għadu m’huwiex lest.

Stephanie llum damet imqajma.

Illum ġew iz-zijiet ta' Doreen.

Diska tal-ġurnata: 22, Acacia Avenue (live) - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Anzi din mhux daqshekk gravi daqs meta kissirt il-buttuna tar-recording xi ftit snin qabel.

Tiftakar li kont għedt rużarju qabel mort tgħid lil missierek u lil ħuk b'dik il-biċċa? lol

02:07  

Post a Comment

<< Lura