Saturday, January 14, 1995

Jeannette ma deheret imkien!

Illum is-San Antonio kien hemm ħafna Rockers u ffrijkjajna xi ftit.

Illum pejjipt ħames sigaretti. Konna jien, Penza u Jean-Paul. Ma rajtha mkien lil Jeannette.

Qgħadt nerġa’ nisma’ Never Say Goodbye ta’ Bon Jovi.

Illum ħallejt iċ-ċavetta barra, u kelli ngħid lil wieħed biex jaqlagħha u jnewwilieli!

Kellimtha ħafna lil Audrienne. Issa forsi ngħidilha biex tpenġili flokk bl-arma tal-Queen. Għoġobha Piece of Mind.



Wieħed jismu Konrad qalli l-Iron Maiden sabu xi vocalist u ser jipprovawh. Qalli wkoll li jekk ma jogħġobhomx hemm xi ħadd ieħor imħajjar jidħol magħhom.

Missieri ser jagħmilli kejk fil-birthday (ser jixtrieh). Ser nieħdu fid-disko ma’ Gareth. Ommi qiegħda toġġezzjona.

Illum studjajt ftit History.

Diska tal-ġurnata: Never Say Goodbye - Bon Jovi



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Is-San Antonio ilu li ma baqax jeżisti! Ma nafx x'hemm floku bħalissa, imma m'għad fadal xejn minnu!

02:31  

Post a Comment

<< Lura