Tuesday, January 17, 1995

Għaxxaqtha!

Għidt lil Stuart jikteb ittra lil Jeannette, u kitibha. Il-kliem tagħha kienu kollha tiegħi. Ktibt li ‘Glenn‘ (jien) jiffansjaha, imma huwa jibża’ li ser tgħidlu ‘le’.

Din l-ittra ntilfet u kellna nagħmlu oħra!

Tajthielha u ma kellimthiex iżjed. Ismi ssemma xi drabi, imma jien ma mortx nitkellem magħhom.

Kellimt lil Mandy u lil Aveline. Jirrispettawni dawk.

Wara li ddejjaqt u kont ser mmur, Jeannette tatni ħarsa kerha immens. Tlaqt ’il barra u nsejt warajja l-fajl ta' l-Environmental Studies.

Catreen bdiet tgħajjat “ma tridux!”, u l-Lenny ġie jgħannaqni.

Kif wasalt id-dar ċempilt lil Andrea, imma ma kienx hemm. Għedt lil ommu biex tgħidlu jċempilli iżda ma ċempilx. Naħseb li wasal id-dar tard.

Xtaqt inkun naf x’intqal fuqi.

Qgħadt naħseb kif ser noħroġ minn dil-problema.

Aktarx Jeannette u sħabha daqshekk kellmuni iżjed!

Fit-test tal-Maths ġibt 77.

>Diska tal-ġurnata: Hallowed Be Thy Name - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 2

Blogger Erezija qal/qalet...

Kbar wisq dawn

15:08  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Li ma kontx tuba, tiddetta ittra dwarek u tmur tagħtihiela, u taparsi kitibha sieħbek! Mnejn kont ġibtha din? Ara veru kont qisek l-għoxx ta! Lil min tgħidha din!

U isma', naħseb li kont imlejt rasek wisq b'dik iż-żifna int. L-affarijiet man-nisa qatt ma jkunu daqshekk sempliċi. U lanqas li kieku, int kien imissek mort sibt xi Rocker bħalek!

02:39  

Post a Comment

<< Lura