Saturday, January 21, 1995

Erġajna morna npejpu

Queen at Wembley sabiħ ħafna.

Illum argumentajt ftit m’ommi, għax jien nixtieq immur nara lil Roger Taylor. Forsi mmur.

Lil Penza nsejt ngħidlu li llum ħriġna. Dak kien mingħalih illi għada! Mar jara l-Belt u l-Furjana (0 - 0).

Illum xtrajna Rothmans mill-ħomor. Kilna pizza Napoletana.

Is-San Antonio ma kien hemm xejn. Tfajna 25ċ biex nisimgħu Zombie tal-Cranberries, imma ma lħaqniex smajniha. Daqq ħafna diski ta’ Bryan Adams u ta’ Bon Jovi.

Audrienne girfitli idi kollha għax għajjartha Raver!

Illum weħlitli l-brush tax-xagħar fil-purtiera tal-bieb tal-bejt!

Issa għadni kif ħadt Dunhill!

Diska tal-ġurnata: Modern Times Rock ‘N Roll - Queen



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Dak it-tipjip bil-moħbi f'dawk it-toroq imbegħdin ta' Wied il-Għajn! 'Il bogħod 'il bogħod miċ-ċentru biex żgur ma jarakom ħadd u jmur jgħid lil ommu... ma tmurx hi mbagħad, ifettillha tmur tgħid lil ommok! hehe

Imma istja, bqajt qatt ma qtajthom...

21:53  

Post a Comment

<< Lura