Friday, January 20, 1995

Rani Salvu!

Ħija llum tani Queen Live at Wembley.

Jesmond ġabli Deepest Purple - The Very Best of Deep Purple.

Waqt il-Physics għamilna xi ftit storbju.

Kif kont ħiereġ mill-iskola żammni s-Surmast. Staqsieni x’ġara waqt il-lezzjoni tal-Physics! Jiena għedtlu illi xejn. Wara qabadli t-toppu u qalli: “U hawn, hawn x'għandna?!” Jiena għedtlu, “ħeqq, xejn Sir”. Imbagħad qalli: ”Mela la xejn, nistgħu naqtugħ. Mhux hekk?” Imma jiena ma naħsibx illi b’daqshekk qalli biex naqtgħu.

Illum ġie Stuart. Jeannette qaltlu li għalissa “ħbieb biss”.

Illum għaddejt buzz ma’ Audrienne, Mandy, Aveline, Celia u Roberto.

Doris ma tridx tkun il-partner tiegħi fil-party għax jien Rocker!

Diska tal-ġurnata: Child In Time - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Kbar dawk ix-xeni. Is-Surmast qisu l-Gestapo quddiemiek. U int b'dik bix-xbiegħa ta' Lhudi.

Kellu dak in-nuċċali tax-xemx iswed dlam iswed jostorlu l-ħarsa ta' għajnejh. Ma tkunx taf lil fejn qed iħares. U b'dak il-bastun kien tassew jidher u jinħass intimidanti.

Kif kont tarah kont titwerwer, għax dejjem kont konxju li f'għajnejh għandek xi ħaġa ħażina, ħafna.

Xi darba ntellgħuh Nurumberg.

23:40  

Post a Comment

<< Lura