La nikber immur naħdem ma’ xi bank
Illum mort il-Bank of Valletta. Ser inħalli Lm5 fil-Mid-Med u nitfa’ l-bqija fil-BOV, għax mill-ATM tagħhom bil-Cashlink nista’ niġbed Lm25 kuljum. Mill-AUDIO u mill-Exotique tal-Belt hemm xi discounts jekk tkun fil-BOV Club.
Qaluli jekk wara s-6th Form nista’ mmur naħdem hemm, u wara erba’ snin inkun nista’ mmur l-Università, u l-bank jibqa’ jħallasni xorta! Naħseb hekk ser nagħmel!
Live In Rio għadni lanqas rajtu!
Matthew qed idejjaqni u ser nħabbtu ma’ xi ħajt!
Diska tal-ġurnata: Anyone’s Daughter (live) - Deep Purple

Kummenti mill-Futur: 3
qrajtha sew jien din tal-bank? :)
Kemm kien iħawwad ostja! hehe
Kemm kien iħawwad? Dak inti xbin. U oqogħod attent li ma terġax taqa' fl-istess nassa.
Post a Comment
<< Lura