Tuesday, January 24, 1995

Tliftu lil Taylor! Xi dwejjaq!

Il-vidjo tal-Queen tal-ġenn! Għandu ħafna mis-snin sebgħin. Rajtu xi tliet darbiet.

Għada ġej Jean-Paul biex jara l-vidjo.

Iċ-Ċentru ma ddejjaqtx.

Illum Catreen kellmitni, għalkemm dwar il-passat ma semmejna xejn.

Is-Sir tal-Maths tal-Privat qalilna li d-Deep Purple m’humiex ħżiena! “Ta’ żmieni dawk,”qal. Dak sew! Mank ilħaqtu dak iż-żmien jien!

Min jaf x’inhu jdoqq Roger Taylor bħalissa?!



Xi tlift ma mortx narah! Iddispjaċieni għall-mewt!

Din kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajti!

Diska tal-ġurnata: I'm In Love With My Car - Queen



Kummenti mill-Futur: 2

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Mhux li kien li bqajt tiftakar dik bħala l-agħar ġurnata ta' ħajtek! hehe

U forsi aħjar ġiet kif ġiet. Żgur ma kontx se tara lil Taylor ta' 'Tenement Funster'... taf int. :)

22:01  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

...u wisq anqas ta' din is-single. Kbira dik!

U kif kienu ġennewk l-albums tas-70s tal-Queen! U qiegħed terġa' ġġennen lili!

23:45  

Post a Comment

<< Lura