Sunday, January 29, 1995

Bozza daqsxejn stramba

Illum waqt li kont qed nisma’ Exciter tal-Judas Priest, ġie ħija u tani qatgħa ġenninni!



Tgħidx kemm dam jgħajjatli!

Illum Konrad fir-ristorant tas-San Antonio qażżeż lil kulħadd! Beda jidgħi bil-Papa u b’Alla u jitkellem ħażin! Qisu iblah! Fil-games room beda taparsi jdoqq id-drums u jikkrossja driegħu. Tgħidx kemm daħak bih Jean-Paul!

Illum pejjipna xi tmienja.

Hemm bozza ħdejn bieb minnhom li kull meta ngħaddu minn quddiemha tixgħel. Darba minnhom meta għaddejna jiena u Penza ma xegħlitx, iżda meta għadda Jean-Paul xegħlet! Naħseb li kien xi ħadd biex jitnejjek!

Ħija ġabli l-vidjo We Will Rock You tal-Queen. Fih xi siegħa u nofs.

Diska tal-ġurnata: Exciter - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Qatt ma fhimt kif lil ħuk u lil missierek kont issibhom fuqek għal għarrieda waqt dawk l-iżjed diski storbjużi. Dejjem! 'Exciter' kienet waħda minnhom. Ma ninsiha qatt dik il-qatgħa! hehe

Stand by for Exciter - here he comes now - fall to your knees and repent if you please!

11:39  

Post a Comment

<< Lura