Saturday, January 28, 1995

Naħseb iċċombajt lil Marianne!

Dalgħodu mort sal-Mid-Med Bank, u domt għoxrin minuta nistenna jekk mhux aktar. Kif wasal it-turn tiegħi qaluli li rrid immur fil-kju tal-kaxxier! Dal-kju kien twil minn barra san-naħa l-oħra! Tlaqtilhom ‘il barra!

Morna l-Belt. L-ewwel ma dħalna kien għand tal-Pioneer. Sibt midi-systems li jiswew bejn Lm277/Lm298/Lm440. Ħija qalli li jista’ jeħodni hu u jagħtuni 25% discount, però naħseb li ser neħodhom bil-15% u nħallas bil-mod.

Wara morna l-librerija u rajna tfajla ħelwa ħafna. Into The Wind ma kellhomx. Ordnajt lilu u l-bijografija tal-Queen.



Illum xtrajt Metal Works tal-Judas Priest bla ħsieb.

Il-Mużew tkellimna fuq il-backmasking.

Illum il-Liverpool ġew draw 0 - 0 kontra l-Burnley!

Jesmond illum ġab lit-tifla.

Iċ-Ċentru rajt lil Audrienne Cremona.

99% llum rajt lil Marianne, imma ma mortx inkellimha! X'jien ċuċ! Jekk kienet hi, il-veru ġġissmet!

Diska tal-ġurnata - The Hellion/Electric Eye - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Il-Judas Priest! Kif kienu ġennewk! hehe

Fuq din ta' Marianne għadni sal-lum iċċassat dwar kif żvolġew l-affarijiet xi snin wara. Il-veru każ ta' truth is stranger than fiction.

23:38  

Post a Comment

<< Lura