Monday, January 30, 1995

Kissirt il-kaxxa tal-vidjo!

Kif kont ser inqiegħed il-vidjo tal-Queen fuq il-bank, waqa’ ma’ l-art u għamel ħoss kbir! Il-kaxxa taritilha biċċa mill-ġenb u wieħed mill-pins li tingħalaq bih!

Ipprovajt inwaħħlu bis-Super Glue 3, iżda ma weħilx! Ċempilt lil Energy u qalli li kellu. Tlajt il-Belt biex nixtrih ġdid, iżda mbagħad qalli li kien ħa żball! D’Amato ma kellux lanqas, imma l-Exotique kellu. Kien Lm5.25ċ.



Xtrajtu u kien mingħalija li kollox all right. Iżda fuqu kien hemm it-tikketta ta’ l-alarm! Domt xi sagħtejn nipprova nneħħiha. Issa l-kolla ma tantx ġiet tidher. Ma naħsibx li ser jinduna.

Il-vidjo rajtu. M’huwiex ħażin, iżda ħdejn Rare Live ma jgħid xejn. Issa nara lil min ser inbiegħu.

Il-Belt iltqajt ma’ Aveline.

Diska tal-ġurnata: Let Me Entertain You - Queen



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Fil-fatt baqa' qatt ma nduna.

Imma li ma kontx tuba: ma kontx taf tiddobba kaxxa ġdida minflok mort tixtri wieħed ġdid!

23:01  

Post a Comment

<< Lura