Thursday, February 02, 1995

Il-Judas Priest infirdu!

Illum xi ħadd ixxuttja ballun bis-saħħa minn barra u laqat it-tubu tal-klassi tagħna! It-tubu sar ragħad, u kulħadd infexx iċapċap!

Jean-Paul qalli li missieru qabdu bis-sigaretti! Qalli biex għalissa ma nersaqx lejn id-dar tiegħu! Missieru qallu li Wied il-Għajn daqshekk ħallih imur! Issa naraw x'se jiġri...

Tony Genovese ġabli Point of Entry tal-Judas Priest. Smajtu: taqta' xi erba' diski ma fih xejn speċjali. Stennejt aktar minnhom! Mhux ta' b'xejn li ħafna fans tagħhom jgħidu li huwa l-agħar album album tagħhom!



Inzerta llum Louis Vella tas-Super 1 qal li l-Judas Priest infirdu! Qal li kienet ilha ġejja dil-biċċa tax-xogħol!

Għada rrid immur naqta' ftit xagħri. Ftit se naqta'! U minn wara biss!

Min jaf x'se jgħidu taċ-Ċentru?!

Diska tal-ġurnata: Desert Plains - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Propjament kienu diġà ilhom tliet snin li nfirdu... u mhux li kien li qatt ma reġgħu twebblu biex jingħaqdu! Imsomma, bħall-istorja ta' Bruce u l-Maiden dil-biċċa...

Rigward 'Point of Entry', huma stess kienu ammettew li kien album daħna. Għadni s'issa nistaqsi: what was the point of 'Point of Entry'?

10:17  

Post a Comment

<< Lura