Sunday, February 05, 1995

Kemm qed jarawni stramb!

Ma kontx se mmur Wied il-Għajn, iżda wara għedt li aħjar immur.

Tlajna jien u Penza biss. Xtrajna Dunhill aħmar.

AVELINE M'GĦADHIEX MA' KONRAD! Konrad xorob ħafna u beda jidgħi ħafna. Veru salvaġġ dak! Qabel ħriġt biex immur inpejjep ma' Penza, lil Aveline għedtilha: "Ħu ħsiebu lil dak ta' warajk."

Wara morna nieklu.

Wara kellimt lil Aveline u qaltli li dak selvaġġ wisq u qażżeż lil kulħadd.

Mandy offrietli x'nixrob. Qaltli li fis-sajf tat-Tip Top ġieli jdaħħal xi nies jaħdmu miegħu. "X'buzz ikolli lil dan jaħdem miegħi!", qalet.

Aveline għadha ma tistax tidrani b'xagħri hekk!

Rani Daniel Stanson b'xagħri hekk! Qal li għamilt dnub.

Rajt lil Rianne u lil Mariella. Anke huma rawni stramb. Kien hemm waħda ħasbitni xi poser!

Diska tal-ġurnata: Heading Out To The Highway - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Il-vemm kont ġejt sew!

22:33  

Post a Comment

<< Lura