Thursday, February 09, 1995

Run To The Hills!

Fil-Maths u fit-Taljan mort tajjeb ħafna, speċjalment fil-Maths. Illum is-Surmast żamm wara l-ħin lil kull min ma ġabx il-blejżer.

Lil Christopher Piscopo u lil Mikiel qalilhom biex iqassru xagħrhom. Issa ta' Mizzi qasira - mela lili x'se jgħidli!

Lil Wayne Bellamy sabulu s-sigaretti fil-but! Għadu ma ġiex l-iskola.

Missieri u ommi ma jridunix nipprintja l-flok tal-Queen, imma tiegħi tgħaddi!

Se niddobba Machine Head tad-Deep Purple.

Jiena, Jean-Paul u Godwin illum erġajna kantajna fit-triq, imma din id-darba iktar bil-qawwa! Kantajna tal-Black Sabbath, tal-Judas Priest, ta' Bon Jovi, ta' l-Iron Maiden eċċetera.



Ilum VERONICA qaltli "ĊAW" qabel ħriġna mill-Privat. Jiena għedtilha "ĊAW" u GĦEMIŻTHA. Min jaf tiġix tkellimni nhar it-Tlieta!?

Diska tal-ġurnata: Run To The Hills - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Coemgen qal/qalet...

Niftakar il-video ta din id-diska.......kemm kont nidħak meta nara dawk l-indjani fuq ir-rota etc etc:):)

16:04  

Post a Comment

<< Lura