Tuesday, February 14, 1995

Ġejt l-ewwel fil-Malti!

Fil-Physics mort brodu u fil-Franċiż mort brodu wkoll. Issa rrid nara l-marki. Iżda fil-Malti jien ġejt l-ewwel. Ġibt 75. Fil-History ġibt 85 u ġejt it-tielet. Għada mhux sejjer skola.

Ilum qomt kmieni biex nara x’jista’ jiġri ma’ Raissa. Imma kważi ma kien hemm ħadd għax il-bniet ma kellhomx skola! Catreen kellmitni.

Sciberras tani tal-Pearl Jam. Faqa’ l-ktieb li hemm mal-cassette.

Il-heavy tal-qamel iżda s-slow tal-ġenn! Not For You qisha Smells Like A Teen Spirit.

Illum mort il-Privat. Ftit kien hemm nies. Veronica reġgħet qaltli “ċaw.” Ma tantx kantajna llum!

Wara mort saċ-Ċentru u tnejjikt b’koċċ tfajliet! Illum ftit daqq diski. Qgħadna barra.

Dawk ta’ l-Imsida ġew iċ-Ċentru! Qal li jafu lil Marianne. Sellejt għaliha.

Raissa reġgħet staqsiet għalija! It-tfajliet qegħdin jieħdu l-kunfidenza miegħi!

Diska tal-ġurnata: Not For You - Pearl Jam



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura