Sunday, February 12, 1995

Missier Raissa għandu malju!

Dal-għodu fil-quddies ma rajthiex lil Dolores iżda rajt lil Raissa. Jekk rajt sew missierha għandu malju!

Illum is-Superjur qalli biex nirranġa xagħri. Ara f’xiex jifhem dak!

Illum mort tard Wied il-Għajn. Tlaqt mill-Fgura fis-sitta u nofs għax Penza qabel mar ma’ tal-Mużew. Xtrajna pakkett sigaretti Dunhill.

Illum Aveline, Audrienne, Mandy u John ma ġewx. Tfajt 25ċ biex nisma’ Child In Time iżda ma lħaqtx smajtha!

Fl-aħħar daqq ħafna tal-Queen.

Dik it-tfajla li ġimgħa ilu ħasbitni powser qaltli li jien ma nifhimx! Meta daqq Paranoid ġiet tistaqsini jekk nafx min ikantaha! Għadha ma tafx min jien dik!

Diska tal-ġurnata: Fun It - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura