Saturday, February 11, 1995

Ma' min se niżfen fid-diskow li ġej?

Illum ħija rranġali l-walkman. Imbagħad naddaft il-heads tal-walkman u ta' l-isterjo.

Ilum Stephanie ma qamitx. Kemm saret ħelwa!

Sirt naf li Marianne tbati bl-ażma.

Fil-għaxija mort il-Mużew. Se nagħmlu leauge tas-Subbuteo, tat-Table Tennis, tat-Table Soccer u forsi wkoll taċ-Ċess.

Fid-disko li ġej naħseb li m'hu se nilbes ta' xejn! Imma forsi niżfen ma' Debbie, jew ma' Aveline, jew ma' Raissa jew ma' Elaine. Ma' xi waħda niżfen żgur!

Nhar it-Tnejn immurilhom kmieni fuq l-istage għall-iskola!

Diska tal-ġurnata: Turbo Lover - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura