Wednesday, February 15, 1995

Il-Maiden sabu vocalist ġdid u ser joħorġu album dalwaqt!

Illum qomt kmieni u ħsilt xagħri. Fis-sebgħa u kwart ħriġt. Kien hemm min mar l-iskola.

Mort inkellem lil Raissa. Kienet kuntenta. Iġġennet kif ratni! Qabel marret tirkeb il-private qaltli “ĊAW ROCKER!”. Hija trid tirranġa miegħi imma jien ma niffansjahiex. La nerġa’ nara ngħidilha li ma rridx għax hi iżgħar minni! Għad għandha tnax!

Fid-disgħa morna l-Belt. Konna jiena, Formosa, Jean-Paul u Andrea. Jean-Paul ipprintja Piece of Mind. Vella pprintja A Real Live One fuq quddiem u From Here To Eternity fuq wara. Jiena pprintjajt tal-Queen. Qisu ta’ Queen II iżda b’xagħrhom qasir. Ħija għadu ma rahx.

Illum mort il-Privat tal-każin. Kellimna lil Mandy.

Ta' Bukki l-kbir għandu jbiegħli double album tad-Deep Purple (xi greatest hits).

Ta' Bukki ż-żgħir qalli li f’April ħiereġ album ġdid ta’ l-Iron Maiden stil ta’ l-ewwel wieħed u ta’ Killers!



Mela veru sabu vocalist ġdid!

Għada ngħidilha lil Raissa.

Diska tal-ġurnata: 2 Minutes To Midnight - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura