Friday, February 17, 1995

Ġlieda ta' veru!

Illum kif ħriġt mill-ħanut tal-pastizzi sibt lil Raissa. Qalet li lbieraħ ma fehmitnix sewwa. Jiena erġajt għedtilha. Xejn ma ħadet pjaċir!

Illum qgħadt after-school minħabba l-Erbgħa. Ma tantx domna.

Fiċ-Ċentru llum nqalgħet waħda tinkiteb. Waqt il-laqgħa nisimgħu mingħand Gareth: "Ilni biex nagħtihielek lilek"! Indur u nara lil Camoranesi ġo jdejn Gareth - it-tnejn li huma ma' l-art jiġġieldu! Kienet ġlieda sew!

Illum ġew erba' qżież: id-Dubbiena u sħabu! Nispera li ma jibqgħux jiġu!

Dan l-aħħar qed niffansja lil Rachel. Illum qaluli xi ħaġa fuq Raissa.

Illum daqq ftit Metallica u minn Queen Live Magic. Daqq ħafna minnu. Tgħidx kemm iffrijkjajna jien, Gareth u Jean-Paul.

Illum is-Sur Bezzina ġie jagħmel l-arja ma' Andrea. Qallu: "jien la nibża' minnek u lanqas minn ħadd!"

Diska tal-ġurnata: The Unforgiven - Metallica



Kummenti mill-Futur: 5

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

After-school għax insejtu l-blejżer? Ħajż!! Psu! Aħna konna nitilfu l-ostja supper. Imorru jitnejku!

12:43  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Da kif sar Twannie mindu qed jaghmilha mal-Imzebbel... isemmi l-ostja u jibghat lin-nies jitnejku :)

Intom kollox sew hemm fuq jew?

21:44  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Ħa Ħa! Ma nafikx hekk Twann!

00:56  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Tgħid Kevin influwenza ħażina?

F'kull każ, ix-xatba ilha miftuħa, u n-ngħaġ alla m'għamilhom!

Fejn hu r-ragħaj?

11:54  
Blogger Erezija qal/qalet...

kollox ħadida hawn fuq. ħadida f'nofs rasna

09:57  

Post a Comment

<< Lura