Thursday, February 23, 1995

Se nilbsu l-uniformi għall-Karnival!

Illum Raissa ma tfaċċatx. Min jaf x'ġaralha jew x'QALULHA?

Jean-Paul ġietu idea brillanti għad-diskow tal-karnival: se mmorru bl-UNIFORMI TA' L-ISKOLA! Ħasra li hemm ħafna jafu biha! Bija hemm sitta imma erbgħa biss se nkunu.

Illum morna Ta' Qali u rajna show tal-basketball u tat-tajkwandò.

It-test tal-Privat ħassejtu ħafif u naħseb ġibt xi 81. Jean-Paul jaħseb li mhux sejjer Privat nhar it-Tlieta.

Illum Gabriella ma ġietx il-Privat qabilna. Kieku forsi kont nistaqsiha jekk hix għarusa. Però naħseb aħjar hekk għax għada ġejja Rachel.

Ma nafx jekk nirranġax ma' Rachel, jew ma' Gabriella... jew ma nirranġa ma' ħadd!

Bħalissa mgerfex sew!

Diska tal-ġurnata: Flight of Icarus - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Aħjar ma ħadd :)

Iebes, li tibqa' liebes korazza ta' l-azzar...

00:18  

Post a Comment

<< Lura