Tuesday, February 21, 1995

Elaine hi l-isbaħ waħda!

Fil-għodu ġiet Raissa.

Gabriella dal-għodu għajret lil Formosa. Qaltlu "Aw żejża!" Kien se jmur joffendiha imma jien ikkalmajtu, u għedtlu li mbagħad inkellimha jien.

Gabriella ma waslitx qabli l-Privat. Nhar il-Ħamis għandna test!

Illum mort saċ-Ċentru. Ta' l-Imsida ma ġewx.

Elaine qaltli li l-Ġimgħa ġejja Rachel.

Wara sibt lil Gabriella u għedtilha fuq dak li ġara dal-għodu. Ma naħsibx li ħadet pjaċir imma naħseb li kkonvinċejtha.

Elaine għadha ma' Fabrizio. Dik hija l-isbaħ tfajla li qatt rajt!

Diska tal-ġurnata: Before The Dawn - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura