Friday, February 24, 1995

Skoprejt lil-Led Zeppelin...

Illum weħilt after-school għalxejn. Kien hemm min għajjat u għajjar "QAMMIELA!" lil Gracie. Erbgħa biss ammettew, u issa s-Sur Laus se jżomm lil kulħadd after-school!

Dal-għodu ġiet Elaine ħdejn il-Mutanti ta' ħdejna u ma qaltli xejn.

Illum f'xi s-sebgħa mort saċ-Ċentru. Lil Celine għedtilha li niffansja lil Rachel. Kultant OK dik!

RACHEL MHUX ĠEJJA D-DISKO!!! Inħraqt ħafna! Sirt naf li kunjomha bħal tiegħi! Mela mhux se jinbidlilha 'l quddiem!! Inħobbha wisq lil dik!

Sirt naf li Raissa qiegħda tiffansja xi ieħor!

Illum mort s'għand Calamatta biex inġorru l-ispot lights. Smajna ħafna Rock.

Charlene u Rosabelle staqsew lil Jean-Paul għala jħobb ir-Rock. Ma nafx x'jarawlu r-Rave jien!

Għada se jiġu r-riżultati.

Għada għal Wied il-Għajn.

Tony tani Led Zeppelin III, Led Zeppelin IV, Houses of the Holy u Physical Graffiti tal-Led Zeppelin.



Stairway To Heaven illum smajtha xi erba' darbiet.

L-isbaħ diska dik!

Diska tal-ġurnata: Stairway To Heaven - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura