Sunday, March 05, 1995

Għandi l-influwenza

Illum waqt il-quddies ġiet Raissa u kelli noqgħod inkellimha. Godwin beda jgorr.

Norbert ġab is-CD Chaos AD tas-Sepultura. Il-veru bla sens dawk!

Illum il-Mużew domna ħafna u ħassejtni ma niflaħx. Għandi l-influwenza.

Illum qagħdt nisma' d-Deep Purple u l-Judas Priest.

Triq Waħda kompla. Kien sabiħ ħafna.

Diska tal-ġurnata: No One Came - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Qed tfakkarni f'meta kont għadni fis-sekondarja u kien hemm wieħed tal-klassi kien ġab Chaos A.D.. Kelli kurżità kbira biex nisimgħ, l-iktar meta smajt li kien album pjuttost aħrax meta mqabbel ma' dak li kont nisma' jien. Eventwalment smajtu u jkolli ngħid li fih ċertu enerġija li tqanqalni. Kull tant żmien fil-fatt, naqa' għalih.

08:32  

Post a Comment

<< Lura