Tuesday, February 28, 1995

Spiċċajt Frar ħażin!

Illum għamilt xi ħames sigħat nisma' l-Led Zeppelin u l-Queen.

Fis-sitta neqsin kwart dħalt ninħasel. Mort id-disko tal-Youth Centre - morna bl-uniformi!

RACHEL ĠIET!!

Raissa reġgħet bdiet tkellimni, u Catreen irranġat ma' ieħor.

Id-disko beda bir-Rave u dam xi siegħa. Wara beda bir-Rock. Dam xi siegħa u kwart u wara qaleb Raggae.

Minn ħin għall-ieħor kont qed nistenna xi slow biex niżfen ma' Rachel. Daqq Always u xi oħra. Imma ma kellix ċans niżfen magħha!

Andrea żifen ma' Raissa.

Kien hemm tfajla bdiet titmejjel bina, u meta daqq waħda Rock tfajniha fin-nofs taċ-ċirku tagħna!

Wara daqq xi sagħtejn u nofs Rave u kont se nistordi u nirremetti. Il-veru ddejjaqt f'dan id-disko, taqta' barra xi sagħtejn.

Għandi suspett li Rachel qiegħda ma' Fabrizio. Inħobbha wisq lil dik it-tfajla.

Imsomma, smajt koċċ Rave u ma żfintx ma' Rachel: SPIĊĊAJT FRAR ĦAŻIN!!

Diska tal-ġurnata: Dancing Days - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura